Is-solitudni hija kwistjoni sinifikanti f'komunitajiet anzjani u taffettwa l-effett emozzjonali, fiżiku u dak kollu li jżommna kuntenti fil-ħajja. It-telfien tal-indipendenza u n-nuqqas ta' kuntatt soċjali jżid l-iżolazzjoni. Li nifhmu il-kawżi tas-solitudni u l-iżolazzjoni huwa importanti biex niksbu appoġġ effettiv.
Is-Saħħa Mentali - L-Ewwel Pass Lejn Bidla Pożittiva | Dr Esther Sammut
Waqt li x-xahar ta’ Ottubru, iservi biex titqajjem aktar kuxjenza dwar is-saħħa mentali, il-psikologa kliniku Dr Esther Sammut titkellem dwar kif it-terapija tista’ tgħin lin-nies jegħlbu l-isfidi emozzjonali, l-ansjetà u l-effetti ta’ esperjenzi diffiċli tal-passat.
9 Oct 2026
L-attività fil-komunità biex tgħin tingħeleb is-solitudni
Dawk li jaħdmu favur is-saħħa mentali u s-solitudni, qegħdin jiffukaw fuq l-importanza tal-konnessjoni soċjali għas-saħħa mentali hekk kif ix-xahar ta’ Ottubru huwa x-xahar ta’ aktar gharfien tas-saħħa mentali. B'riċerka ġdida li tindika tnaqqis fis-sens ta' appartenenza, xi gruppi soċjali qed jittamaw li jżommu l-komunità ħajja.
#sbsaudiopodcast
8 Oct 2026
Lil Hinn mill-Istigma: Dr Simone Cremona titkellem dwar is-Saħħa Mentali u s-Solitudni
Waqt li x-xahar ta’ Ottubru huwa ddedikat biex titqajjem aktar kuxjenza dwar is-saħħa mentali, Dr Simone Cremona, Maltija Awstraljana u psikologa li tispeċjalizza f’kundizzjonijiet serji tas-saħħa mentali, fosthom dawk li ħafna drabi jeħtieġu kura fl-isptar u kura psikjatrika tispjega kif il-problemi tas-saħħa mentali jistgħu jwasslu għall-iżolament u s-solitudni, u għaliex dawn l-esperjenzi ma jagħmlux distinzjoni bejn kultura u oħra.
4 Oct 2026
Is-Saħħa Mentali u Solitudni: L-Isfidi tal-Komunitajiet tal-Migranti | Dr Victoria Borg
Waqt li x-xahar ta’ Ottubru huwa x-xahar ta’ għarfien tas-saħħa mentali, Dr Victoria Borg, akkademika li tispeċjalizza fis-saħħa mentali bejn kulturi differenti u kunsillier mas-City ta’ Brimbank f’Melbourne, taqsam l-għarfien tagħha dwar xi wħud mill-isfidi li jaffettwaw lill-Maltin Awstraljani u komunitajiet ta' migranti oħra.
28 Mar 2026
Għajnuna u kumpanija għall-Maltin Anzjani fi New South Wales mill-Maltese Welfare Group
Is-Sur Lawrence Gatt, President tal-Welfare Group fi New South Wales, jiddiskuti l-kwistjoni importanti tas-solitudni fost il-Maltin anzjani fl-Awstralja. Huwa jispjega kif l-grupp tagħhom jaħdem mill-qrib ma’ faċilitajiet tal-kura għall-anzjani u ma’ aġenziji tal-gvern, billi jipprovdi voluntiera li jitkellmu bil-Malti biex iżuru lil dawn il-persuni u joffru kumpanija, konnessjoni kulturali u sapport emozzjonali.
25 Feb 2026
Mezzi ta’ kumpanija u għajnuna fil-komunità Maltija kontra l-iżolament u s-solitudni
F’taħdita ma’ Victor Vella, kittieb u membru attiv tal-komunità Maltija fi New South Wales, u George Mifsud, eks support worker, nitkellmu dwar kif nistgħu ngħinu membri iżolati jew waħedhom fil-komunità Maltija jsibu kumpanija u appoġġ, anke permezz tat-teknoloġija li ħafna drabi ma jkunux familjari magħha.
1 Feb 2026
Sapport għal dawk waħidhom mill-Maltese Welfare Group ta’ NSW
Is-Sur Lawrence Gatt, President tal-Maltese Welfare Group ta’ New South Wales, jitkellem dwar ir-rwol importanti li l-Grupp tiegħu għandu biex jappoġġja membri anzjani tal-komunità Maltija sabiex jibqgħu konnessi u jevitaw is-solitudni.
11 Dec 2025
L-importanza tal-komunikazzjoni bil-Malti fl-età avvanzata
F’serje ġdida li tesplora djalogu miftuħ u modi prattiċi biex jitnaqqas l-iżolament soċjali, ix-xandar u membru ħabrieki fil-komunità Maltija u Victor Vella eks support worker George Mifsud jingħaqdu ma’ Joe Axiaq biex jiddiskutu l-ħtiġijiet tal-anzjani Maltin fl-Awstralja.
12 Oct 2025
X’qed jikkaġuna l-kriżi tas-solitidni fost l-irġiel fl-Awstralja u kif tista’ tingħeleb
Is-solitudni fost l-irġiel ġiet deskritta bħala "kriżi" fl-Awstralja, u jidher li qed tiżdied. Dan l-iżolament soċjali mhux biss jista' jagħmel ħsara lis-saħħa mentali u dak li huwa ta’ saħħa u kuntentizza ġenerali tal-irġiel, iżda qed jiswa wkoll lill-ekonomija Awstraljana biljuni ta' dollari.
Contact M'intix Waħdek
Guest appearances
Books guests
Based on episode analysis; this does not confirm that the show is currently accepting guests.
Host of M'intix Waħdek?
Claim your podcast to manage its listing and keep your show details accurate.
Pod Engine is an independent podcast discovery and analytics service and is not affiliated with or endorsed by this podcast. Artwork and show content belong to their owners. Full legal notice.
Explore this show Podcast research with Pod Engine